Konferenza Stampa - 10 ta' Ottubru 2003

ID-DOKUMENT VIZJONI TA' KNISJA KOMUNJONI

Id-dokument 'Vizjoni ta' Knisja komunjoni' hu l-ewwel dokument tas- Sinodu li qed jigi ppubblikat.

Hu dokument baziku ghax jitkellem fuq il-vizjoni li ghandha tanima l-hajja tal-membri kollha tal-Knisja f'Malta. Certi punti li jissemmew f'dan id-dokument huma elaborati f'dokumenti ohra tas-Sinodu.

Jenfasizza li l-harsa trid tkun kontinwament fuq Gesu' Kristu, li lilu l-Knisja trid issegwi u li lilu trid ixxandar.

Jitkellem fuq is-sejha li ghandha l-Knisja li tikber fl-gharfien taghha bhala komunjoni, u din tkun l-istil tal-hajja u tal-hidma taghha; fl-istess waqt il-Knisja tahdem biex tkun sinjal u strument ta' komunjoni fis-socjeta'.

Jitkellem ukoll fuq l-gharfien tal-karizmi u l-ministeri diversi li Alla zejjen bihom lill-Knisja, u li jaghmluha hekk ghanja fid-diversita', u fuq kif dawn jistghu jintuzaw f'hidma flimkien ghas-servizz tal-bniedem.

Id-dokument ifisser il-Knisja bhala gemgha ta' ahwa u qaddejja. Il-Knisja tfittex li timxi wara Gesu' li gie mhux biex ikun moqdi, imma biex jaqdi.

Din il-gemgha ta' ahwa u qaddejja hi msejha biex taqdef 'il barra f'hidma ta' evangelizzazzjoni u biex tilhaq lil dawk li huma mbeghdin. Hi msejha biex tkun bhal melh li jaghti t-toghma fis-socjeta' Maltija, bhal dawl li jdawwal u bhal hmira li tgholli l-ghagna socjo-politika u kulturali taghna. B'hekk il-Knisja fis-socjeta' tkun prezenti b'attitudni ta' oht u qaddejja.

Id-dokument jaghti harsa b'sincerita' lejn l-imghoddi u jara kif l-istorja tal-Knisja kienet maghguna mal-hajja tal-gens Malti. L-istorja turi li l-Knisja hafna drabi kienet kenn u rifugju ghall-poplu, u li l-qalb ta' l-istituzzjonijiet tal-Knisja u l-ministri taghha habbtet b'sintonija ma' qalb il-Maltin. Fl-istess waqt il-Knisja taghraf ukoll li tul is-snin kien hemm membri taghha li ghamlu zbalji u li taw kontro-xhieda; ta' dan b'sincerita' titlob mahfra. Il-Knisja tahfer ukoll l-offizi li hi rceviet matul iz-zmien.

Id-dokument jaghraf li l-prezent hu zmien ta' bidliet u kultant ta' kontradizzjonijiet. Il-Knisja ma tharisx lejn il-bidliet bil-biza', imma taghraf fihom sfidi u opportunitajiet ghal kontribut pozittiv fit-tiswir tal-gejjieni tas-socjeta' Maltija. Il-Knisja tfittex li tkun relevanti, minghajr ma ccedi ghat-tentazzjoni ta' kompromessi.

Il-Knisja thares lejn il-futur b'harsa ta' kuragg u taghraf is-sejha ta' Gesu' Kristu ghal konverzjoni kontinwa tal-qalb u biex timxi 'l quddiem b'impenn gdid u b'entuzjazmu.

Uhud mill-proposti inkluzi fid-dokument (dawn huma mfissra ahjar fit-test tad-dokument) huma dawn: