Konferenza Stampa - 10 ta' Ottubru 2003
IL-VALUR TAD-DOKUMENTI TAS-SINODU
Fid-29 ta' Settembru 2003, Mons. Arcisqof iffirma d-digriet ta' approvazzjoni tad-dokumenti tas-Sinodu. Id-dokumenti tas-Sinodu ghandhom valur kbir ghall-Knisja f'Malta, ghal diversi ragunijiet:
Huma frott ta' process twil u ta' partecipazzjoni kbira.
Dan il-process beda bil-konsultazzjoni wiesgha li kienet saret f'Malta fl-ewwel fazi tas-Sinodu u li fiha hadu sehem mal-100,000 ruh. Minn dik il-konsultazjoni hargu tmien temi u ghal kull tema minn dawn gie ppreparat dokument minn gruppi apposta. Meta l-Arcisqof laqqa' Assemblea rapprezentattiva tal-Knisja f'Malta, din iddiskutiet fid-dettall u gharblet kull dokument, tul diversi laqghat. Fl-ewwel xhur ta' din is-sena, id-dokumenti kollha gew approvati mill-Assemblea u f'Gunju 2003 ipprezentati lill-Arcisqof. Ghalhekk m'humiex ix-xoghol ta' xi wiehed wahdu, jew ta' xi grupp zghir ta' nies, imma hergin mill-qalba tal-Knisja f'Malta, fi process ta' djalogu kontinwu.Huma dokumenti li jghinu l-Knisja taghraf is-sinjali taz-zminijiet.
Tul is-Sinodu, il-Knisja f'Malta ghamlet hilitha biex taghraf is-sinjali taz-zminijiet u twiegeb ghalihom. Ghalhekk dawn id-dokumenti huma twegiba, fid-dawl ta' l-Evangelju u t-taghlim tal-Knisja, ghax-xewqat u l-htigijiet tan-nies kif intwerew b'mod car tul il-konsultazzjoni.Huma dokumenti li jittrattaw firxa wiesgha tal-hidma tal-Knisja.
Id-dokumenti jittrattaw oqsma ta' importanza kbira hafna. Ifissru l-vizjoni ta' Knisja komunjoni, kif ukoll ir-relazzjoni tal-Knisja mas-socjeta' u mal-kultura. Jitkellmu fuq l-impenn tal-lajci fid-dinja u fil-Knisja, u jaghtu attenzjoni partikulari lill-oqsma taz-zwieg u tal-familja, kif ukoll ta' l-adolexxenti u z-zghazagh. Jitkellmu wkoll fuq tliet ministeri fundamentali fil-Knisja: li xxandar b'kull mezz il-Kelma ta' Alla, li ticcelebra b'mod haj il-liturgija u s-sagramenti, u li thaddan lil kulhadd fi spirtu ta' djakonija u tahdem ghall-promozzjoni tal-gustizzja. Id-dokumenti ma jittrattawx l-oqsma kollha. Anzi, fl-istess hidma tas-Sinodu, gew identifikati temi partikulari li fiz-zmien li gej jehtieg li jigu mistharrga aktar.Huma ghodda mill-aktar utli ghall-formazzjoni ta' l-insara.
Fihom taghlim mitqlu deheb, li jiswa ghall-edukazzjoni ta' kull nisrani u nisranija f'Malta. Id-dokumenti jaghmlu stedina lil kulhadd biex din il-formazzjoni tittiehed dejjem aktar b'serjeta' kbira. Jitolbu qabza fil-kwalita' ta' din il-formazzjoni.Id-dokumenti jaghtu direzzjoni ghall-hidma pastorali.
Id-dokumenti jaghtu direzzjoni cara. Fihom diversi proposti konkreti mifruxa fil-Knisja kollha f'Malta. Hemm proposti li ga qed jitwettqu, u ohrajn li se jitwettqu fi zmien qasir. Hemm proposti li jridu z-zmien biex jitwettqu u ma jsehhux mil-lum ghal ghada, imma bir-rieda tajba jaslu wkoll. Id-dokumenti jitfghu l-harsa tal-Knisja f'Malta 'l quddiem, biex tissahhah fil-hegga u fl-entuzjazmu fil-missjoni taghha.