Konferenza Stampa - 31 ta' Ottubru 2003
Ippubblikati zewg dokumenti ohra tas-Sinodu
Il-Gimgha 31 ta' Ottubru 2003, f'Konferenza Stampa li saret fil-Kurja ta' l-Arcisqof, Floriana, gew ippubblikati zewg dokumenti ohra tas-Sinodu. Dawn huma Zwieg u Familja u Zghazagh u Adolexxenti, zewg oqsma meqjusa ta' importanza kbira ghall-hidma pastorali tal-Knisja f'Malta.
Id-dokument Zwieg u Familja gie pprezentat minn Marselle u Servolo Delicata, li huma c-Chairpersons tal-Kummissjoni Djocesana Familja. Din il-Kummissjoni ghadha kif giet kostitwita mill-gdid, u tirrapprezenta diversi rejaltajiet tal-familja Maltija ta' llum. Il-Kummissjoni ghandha l-ghan li ssahhah is-servizzi li l-Knisja f'Malta qed taghti lill-familji billi tizgbur li s-suggerimenti tas-Sinodu li joltqu lill-qasam taz-zwieg u tal-familja jitwettqu fil-prattika. It-twaqqif tal-Kummissjoni hu nnifsu parti mit-twettiq tal-proposti tas-Sinodu.
Id-dokument Zghazagh u Adolexxenti gie pprezentat minn Fr Mark Ciantar OFM, Delegat ta' l-Arcisqof ghaz-Zghazagh u Susane Borg, Project Coordinator fil-Kummissjoni Djocesana Zghazagh.
Iz-zewg dokumenti jaghtu vizjoni ghall-hidma pastorali tal-Knisja f'dawn l-oqsma u direzzjoni cara, permezz ta' ghadd ta' proposti konkreti. Attenzjoni partikulari qed tinghata lil dawk li huma mbeghdin jew maqtughin mill-hajja tal-Knisja.