Konferenza Stampa - 7 ta' Novembru 2003
Ippubblikat id-dokument 'Djakonija u Gustizzja'
Il-Gimgha 7 ta' Novembru 2003, f'Konferenza Stampa li saret fil-Kurja ta' l-Arcisqof, Floriana, gie ppubblikat dokument iehor mis-serje ta' dokumenti tas-Sinodu li qed jigu ppubblikati. Dan hu l-hames wiehed, u jismu Djakonija u Gustizzja. Fl-istess Konferenza Stampa, thabbar it-twaqqif tal-Kummissjoni Gustizzja u Paci, bhala twettiq ta' proposta tas-Sinodu.
Id-dokument Djakonija u Gustizzja gie pprezentat minn Josephine Vassallo, Chairperson tal-working group li hadem fuq dan id-dokument biex gie pprezenat lill-Assemblea tas-Sinodu. Hadu sehem ukoll Mark Calleja u Lawrence Mangion, mill-Caritas, li pprezentaw il-hidma tal-Kummissjoni Djakonija fil-parrocca.
Fil-Konferenza Stampa hadet sehem ukoll Dr Simone Borg, li hi c-Chairperson tal-Kummissjoni Gustizzja u Paci. Id-dokument Djakonija u Gustizzja jghid li din il-Kummissjoni ghandha l-ghan li tkabbar l-gharfien tat-taghlim socjali tal-Knisja fuq diversi livelli (bhal parrocci, skejjel, ghaqdiet); li tistudja l-impatt u l-implikazzjonijiet ta' zviluppi ekonomici, socjali, legislattivi u oqsma ohra; li tidhol fi djalogu strutturat ma' l-awtoritajiet, l-imsiehba socjali u s-socjetą civili; u li tiehu pozizzjoni fuq sitwazzjonijiet specifici, fid-dawl tat-taghlim socjali tal-Knisja.