Konferenza Stampa - 5 ta' Dicembru 2003

Ipprezentati d-dokumenti 'Liturgija u Sagramenti' u 'Xandir tal-Kelma'.

Il-Gimgha 5 ta' Dicembru 2003, f'Konferenza Stampa, gew ipprezentati d-dokumenti 'Liturgija u Sagramenti' u 'Xandir tal-Kelma'. Dawn huma l-ahhar minn serje ta' tmien dokumenti tas-Sinodu, li gew ippubblikati f'dawn l-ahhar gimghat, wara l-approvazzjoni tad-dokumenti mill-Arcisqof nhar id-29 ta' Settembru 2003.

Fil-Konferenza Stampa hadu sehem Fr Jesmond Manicaro, Delegat ta' l-Arcisqof ghas-Segreterjat ghal-Liturgija, Manuel Micallef, li kien Chairperson tal-grupp li pprepara d-dokument 'Liturgija u Sagramenti' ghall-Assemblea tas-Sinodu, Sammy Borg, membru ta' dan l-istess grupp, Mons George Deguara, Delegat ta' l-Arcisqof ghas-Segretarjat ghall-Katekezi, Dorothy Calleja, li kienet Chairperson tal-grupp li pprepara d-dokument 'Xandir tal-Kelma' ghall-Assemblea tas-Sinodu u Victor Formosa, Chairman tal-Media Centre.

Id-dokumenti jitkellmu fuq kif il-Knisja f'Malta tista' ggedded il-hidma pastorali taghha f'dawn iz-zewg oqsma vitali. Jaghmlu diversi proposti, fosthom li jitwaqqaf Istitut ta' Formazzjoni Pastorali, bil-ghan li tissahhah u tkun koordinata l-formazzjoni ta' l-operaturi pastorali fil-Knisja f'Malta.

Xi proposti fid-dokumenti diga' bdew jitwettqu. Fost dawn, il-proposta li toghla l-eta' li fiha persuna tircievi s-Sagrament tal-Grizma ta' l-Isqof. Din tissemma fiz-zewg dokumenti, u dan l-ahhar thabbar li l-età tal-Grizma, mis-sena 2010, se tkun meta t-tfal ikunu temmew il-Form 1.

Dwar il-Liturgija, qed ikunu diskussi mizuri biex iwiegbu ghax-xewqat tan-nies li ntwerew fil-konsultazzjoni li kienet saret fl-ewwel fazi tas-Sinodu, rigward liturgija aktar hajja.