KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG - 24 ta' FRAR 2004

Ir-Randan b'rabta mal-valuri tas-Sinodu Djocesan

Ir-Randan b'rabta mal-valuri tas-Sinodu Djocesan, li gie ppubblikat it-Tlieta 24 ta' Frar 2004, hu ktieb iehor mis-serje ta' sussidji li qed ikunu ppubblikati bhala ghajnuna ghar-riflessjoni u ghall-ghajxien tal-valuri tas-Sinodu.

Matul din is-sena, qed issir enfasi specjali fuq dawn is-sitt valuri: evangelizzazzjoni, komunjoni, formazzjoni, djalogu, qadi, solidarjeta' - valuri li nghataw importanza kbira fl-istess esperjenza u fid-dokumenti tas-Sinodu.

Il-ktieb, li nhadem mis-Segretarjat ghall-Katekezi bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat ghal-Liturgija, hu intenzjonat ghas-sacerdoti u membri ta' hajja konsagrata kif ukoll lajci impenjati u ghaqdiet u movimenti. Jista' jintuza kemm ghar-riflessjoni personali kif ukoll ghall-katekezi fi gruppi.

Il-ktieb Ir-Randan b'rabta mal-valuri tas-Sinodu Djocesan hu maqsum f'zewg partijiet: l-ewwel parti tittratta l-Ezercizzi fuq firxa ta' hamest ijiem, u t-tieni parti l-Hdud tar-Randan.

L-Ezercizzi jqieghdu l-accent fuq l-evangelizzazzjoni u l-formazzjoni. Is-Sinodu stess juri kif minghajr evangelizzazzjoni u katekezi sistematika ma tistax isir il-konverzjoni. It-temi jghinu l-"iskrutinju" ta' l-elementi bazici "tradizzjonali" tal-fidi u l-hajja nisranija: Alla, it-Talb, il-Kelma ta' Alla, il-Knisja, is-Sagramenti - u kemm qed jifthu lill-insara lejn mentalita' ta' djalogu, qadi, solidarjetaÏ u komunjoni.

Fl-Ezercizzi hemm suggeriti bosta mistoqsijiet li jmissu l-pedament tal-hajja nisranija. Il-qari, kummenti u hsibijiet tal-Hdud tar-Randan jghinu lil dak li jkun biex jaghti t-twegiba tieghu fid-dawl tal-Kelma ta' Alla, skond il-metodu tar-revizjoni tal-hajja: ara-qis-aghmel. Ghalhekk l-Ezercizzi u l-Hdud huma komplementari ghal xulxin.

Biex il-mixja tkun aktar effettiva, il-ktieb jirrakkomanda l-hidma fi grupp jew komunitaÏ zghira li tiltaqa' fost il-gimgha. Fi grupp jew komunitaÏ, wiehed jista' jaghmel ahjar esperjenza ta' komunjoni, interazzjoni u talb. Fi grupp ukoll il-materjal ta' l-Ezercizzi facli jinghaqad mal-liturgija tal-Hadd li jkun imiss.