KOMUNIKAT STAMPA MAHRUG - 16 ta' APRIL 2004

Is-Sinodu Djocesan dwar diversi issues socjali

Hemm kumment li kien intqal minn diversi waqt il-konsultazzjoni tas-Sinodu u li kultant jerga' jitfacca: hemm bzonn li l-Knisja ssemma' lehinha, taghti direzzjoni, toffri leadership qawwi fil-qasam tal-valuri u idejat (ara Rapport tal-Konsultazzjoni fl-ewwel fazi tas-Sinodu Djocesan).

Il-bicca hi li fuq diversi issues il-mexxejja tal-Knisja tkellmu kemm-il darba. Wiehed bizzejjed jara l-messaggi ta' l-Arcisqof biex ikun konvint minn dan. Jekk dawn twasslux mill-media, jew jekk twasslux bl-istess mod li ntqalu, dik storja ohra.

Illum wiehed jifhem dejjem aktar li mhumiex biss il-mexxejja li jridu jitkellmu. Diversi kummissjonijiet u oqsma tal-Knisja qed jitkellmu u jiehdu sehem aktar attiv fis-socjeta' llum. Dan l-ahhar, kien hemm il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja li tat l-opinjoni taghha dwar il-kwestjoni tal-landfills b'mod li din l-opinjoni tista' sservi ta' ghajnuna u tkun kontribut ghat-tehid finali tad-decizjoni. L-insara huma msejha biex jiehdu sehem haj fis-socjeta' u jaghtu kontribut reali ghall-gid komuni.

Is-Sinodu Djocesan, li kien process li fih hadu sehem rapprezentanti mill-oqsma kollha tal-Knisja f'Malta flimkien ma' l-Arcisqof, u li d-dokumenti tieghu gew approvati mill-Arcisqof bhala gwida pastorali ghall-Knisja f'Malta, tkellem fuq diversi issues li jolqtu mill-qrib il-hajja tan-nies. B'mod car hafna. Semma' lehen il-Knisja, ta direzzjoni, offra gwida fil-qasam tal-valuri u ta' l-idejat.

Hawnhekk qed ingibu 25 issue socjali li fuqhom is-Sinodu tkellem. Huma siltiet qosra, li jaghtu biss hjiel. Naturalment, wiehed irid jaqra aktar fil-fond id-dokumenti biex isib aktar dettalji.

Dawn huma biss uhud mis-siltiet; fid-dokumenti hemm hafna ohrajn, u issues ta' natura differenti. Madankollu, meta tara dawn il-25 silta, tiehu ideja bizzejjed li l-Knisja f'Malta ssemma' lehinha u taghti direzzjoni. Tiehu interess mill-qrib fil-hajja tan-nies, kif inhi l-missjoni taghha. Taghmel proposti li jistghu jghinu.

Jonqos biss li naghtu kaz.

Fid-dokumenti tas-Sinodu Djocesan, il-Knisja f'Malta tkellmet b'mod car fuq diversi issues socjali. Dawn huma whud minn dawn l-issues.

  1. fuq ir-razzizmu…
  2. Ir-razzizmu huwa struttura ta' dnub li jikkontradixxi l-holqien taghna lkoll indaqs fix-xbieha tal-Hallieq.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 21

  3. fuq ir-refugjati u l-immigranti…
  4. Nistghu nghidu li ahna poplu li jaf juri ospitalità kbira lejn min izurna. L-isfida kbira llum hi li nilqghu bl-istess idejn miftuha persuni ta' razez u twemmin differenti minn taghna, nies li meta jaslu fuq xtutna x'aktarx ikollhom biss il-memorja ta' passat ikrah f'pajjiz 'il boghod u l-impossibbilta' ta' futur f'dik l-art.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 21

  5. fuq l-gharfien ta' l-ingustizzji fid-dinja…
  6. Il-generozita' taghna ghall-missjonijiet hija wahda mill-isbah aspetti tal-hajja taghna nisranija, imma tajjeb li ma' din il-qalb tajba jizdied ukoll gharfien ahjar tal-kawzi li jwasslu ghal dinja dejjem aktar ingusta, fejn il-pajjizi sinjuri qed isiru aktar sinjuri u dawk fqar ikomplu jiftaqru.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 22

  7. fuq il-gid komuni…
  8. Mhux bizzejjed li nharsu lejn l-interess tal-qasam taghna biss, ghax f'kull intervent il-gwida ahharija hija l-gid komuni, li jhares id-dinjita' ta' kull bniedem, l-aktar ta' dawk dghajfin.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 18

  9. fuq l-izvilupp sostenibbli…
  10. … l-ebda zvilupp li mhux sostenibbli ma huwa zvilupp veru, u jispicca biex ikun ta' hsara ghall-bqija tal-holqien, u fl-ahhar mill-ahhar ghall-bniedem.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 20

  11. fuq il-harsien ta' l-ambjent..
  12. Li thares l-ambjent ifisser li tghix b'mod aktar awster, ma tahlix bla bzonn, ma tkunx konsumista, tqis l-interessi ta' haddiehor u mhux tieghek biss, li tirrispetta l-holqien kollu, inkluz l-annimali u s-sigar.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 20

  13. fuq id-difiza tal-hajja…
  14. Id-difiza tal-hajja dejjem u f'kull forma taghha hija l-valur centrali li jridu jhaddnu l-persuni li jahdmu fl-oqsma tax-xjenza. Madwar dan tissawwar il-hidma fejjieda ta' dawn l-operaturi b'rizq huthom fil-bzonn.

    Dokument tas-Sinodu Kultura-Socjetà-Knisja, 46

  15. fuq l-avvanz tal-mara…
  16. …Il-Knisja f'Malta twiegeb bil-ferh ghar-rikonoxximent tal-kapacita' tan-nisa Maltin li jiehdu sehem b'mod shih fil-hajja socjali, ekonomika, politika u kulturali. Il-Knisja f'Malta tappoggja lin-nisa Maltin fl-isforzi taghhom.

    Dokument tas-Sinodu Kultura-Socjetà-Knisja, 21

  17. fuq l-importanza ta' l-omm u l-missier fit-trobbija ta' l-ulied…
  18. Fejn tidhol l-edukazzjoni u t-trobbija ta' l-ulied, dak li tista' taghmel l-omm ma jista' jaghmlu hadd: hadd ma jista' jiehu postha. Hekk ukoll dak li jista' jaghmel il-missier ma jista' jaghmlu hadd: hadd ma jista' jiehu postu. Hu sewwasew fir-relazzjoni ma' l-omm u mal-missier, li l-ulied, specjalment fl-ewwel snin, jistghu jikbru tassew f'persuni mahbuba u mhejjija ghall-hajja.

    Dokument tas-Sinodu Zwieg u Familja, 17

  19. fuq il-vjolenza domestika…
  20. …Huwa skorrett il-messagg li xi drabi jinghata lil xi hadd mill-koppja, f'hafna kazi l-mara, li ghandu jew ghandha tissaporti abbuzi fizici jew emozzjonali bhala s-salib taghhom ta' kuljum. L-abbuz qatt ma ghandu jigi gustifikat jew tollerat.

    Dokument tas-Sinodu Zwieg u Familja, 43

  21. fuq xoghol u familja…
  22. …fejn jidhol ix-xoghol li jrid isir barra d-dar, id-decizjoni tal-genituri tqis l-ewwel il-gid ta' l-ulied. Ma nistghux ninsew li mhux biss ir-ragel u l-mara huma ndaqs; l-ulied ukoll ghandhom id-drittijiet taghhom u dawn ghandhom jigu rikonoxxuti u mharsa fil-prattika.

    Dokument tas-Sinodu Zwieg u Familja, 17

  23. fuq family-friendly policies…
  24. Family-friendly policies ghalhekk ghandhom ifissru policies li jqieghdu fl-ewwel post il-gid tal-familja, u b'mod specjali ta' l-ulied fl-izvilupp u fl-edukazzjoni taghhom.

    Dokument tas-Sinodu Zwieg u Familja, 17

  25. fuq l-adozzjoni u l-fostering…
  26. Mod effettiv iehor, u li jistghu jiehdu sehem fih anki koppji li ghandhom tfal, huwa billi jaghmlu l-pass kuragguz ta' l-adozzjoni ta' tfal kemm Maltin kif ukoll barranin. Pass iehor f'din id-direzzjoni u li jitlob generozita' kbira huwa l-fostering. Filwaqt li tfal Maltin ghall-adozzjoni llum ma tantx issib, ghall-fostering dejjem issib.

    Dokument tas-Sinodu Zwieg u Familja, 55

  27. fuq il-kontribut ta' l-anzjani…
  28. …jista' jigri li kultant ikun hemm min ihares lejn l-anzjani aktar bhala oggett tal-hidma tieghu milli bhala suggett. Ghandna nharsu lejn l-anzjani bhala persuni b'hiliet u esperjenzi li jistghu jkunu ta' valur ghall-komunita'.

    Dokument tas-Sinodu Lajci Nsara, 76

  29. fuq il-htiega ta' legislazzjoni dwar il-bioetika…
  30. Huwa dmir taghna li nahdmu biex f'pajjizna jkun hawn legislazzjoni jew regolamentazzjoni fil-qasam tal-bioetika. Dan biex il-hajja umana jkollha l-harsien li jisthoqqilha. Kulhadd jistenna li jkun hawn struttura pubblika u legislazzjoni serja u bilancjata fejn jidhlu dawn il-kwistjonijiet ta' bioetika.

    (Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 17

  31. fuq ir-ricerka genetika…
  32. Dwar dak li ghandu x'jaqsam mar-ricerka genetika bhalissa hemm vojt kbir ta' legislazzjoni f'pajjizna. Ghalkemm hemm sforzi biex issir xi haga serja, s'issa pajjizna m'ghandu l-ebda legislazzjoni li tikkontrolla din ir-ricerka. Dan hu perikoluz ferm; il-konsegwenzi ta' ricerka genetika minghajr etika adegwata u minghajr kontroll mill-Istat jistghu jkunu negattivi hafna.

    Dokument tas-Sinodu Kultura-Socjeta'-Knisja, 45

  33. fuq is-sistema edukattiva…
  34. Is-sistema edukattiva prezenti tehtieg dejjem tigdid biex, fost l-ohrajn, jitfejqu l-ingustizzji li jimbottaw lil min huwa b'sahhtu u jwarrbu lil min, ghal xi raguni jew ohra, ma jiflahx.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 16

  35. fuq persuni bi problemi ta' sahha mentali…
  36. Il-Knisja f'Malta trid taghmel enfasi biex tinghata aktar dinjità lill-persuni bi problema ta' sahha mentali. Din hija kategorija ta' nies li huma fost l-aktar imwarrbin fis-socjeta' taghna, u impenn favurhom mill-Knisja f'Malta jista' jaghmel differenza kbira hafna. Kif matul dawn l-ahhar erbghin sena l-Knisja ghenet biex il-persuni b'dizabilita' jkollhom aktar dinjita' fis-socjeta' taghna, il-Knisja tixtieq tiehu l-istess impenn favur persuni bi problema ta' sahha mentali.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 17

  37. fuq l-impenn fil-politika…
  38. …Il-Knisja fit-taghlim taghha thares lejn il-politika b'hafna rispett, u tfahhar lil min jidhol ghall-politika b'sens ta' missjoni u ta' qadi. Hija arti difficli, ghax tinvolvi t-tfittxija tal-gid komuni fic-cirkustanzi konkreti tal-pajjiz.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 14

    Kif tghid Christifideles Laici, il-lajci "ma jistghux, b'ebda mod, jibqghu lura milli jiehdu sehem fil-hajja politika" (42). Il-perikli reali ta' ambizzjoni esagerata, kilba ghall-poter, egoizmu u korruzzjoni, ikompli jfisser dan id-dokument, m'ghandhomx izommu l-lajci milli jaghtu sehemhom f'dan il-kamp. Biex jintlahaq dan il-ghan, ikun jaqbel li tkun miggielda l-mentalita' zbaljata li l-aqwa servizz li l-lajci nsara jistghu jaghtu fil-politika hu dak li jzommu 'l boghod minnha. "L-insara lajci, biex jilhqu dan il-ghan, iridu jkollhom hila professjonali, ikunu nies onesti, u jahdmu bi spirtu nisrani, u dan bhala triq ghall-qdusija taghhom infushom". B'hekk jistghu jkunu l-hmira li tgholli l-ghagna kollha (ara Mt 13,33).

    Dokument tas-Sinodu Lajci Nsara, 54

  39. fuq il-fidi u l-politika…
  40. …mill-fidi ma nistghu qatt infasslu xi mudell politiku uniku ta' socjeta', ta' gvern jew ta' partit. Il-fidi ma toffrix ricetta wahdanija ta' organizzazzjoni socjali, politika jew ekonomika. Madankollu l-Evangelju juri liema huma l-valuri li wiehed ghandu jirrispetta u jmexxi 'l quddiem biex b'hekk il-politika tkun tassew ta' servizz ghall-bniedem.

    Dokument tas-Sinodu Kultura-Socjeta'-Knisja, 26

  41. fuq il-qasam ekonomiku…
  42. Fil-qasam ekonomiku, l-Knisja dejjem ghallmet, mir-rivoluzzjoni industrijali 'l hawn, li ghandna nevitaw sew l-estrem ta' suq ghal kollox hieles u sew l-estrem oppost ta' kollox f'idejn l-Istat. Il-Knisja dejjem inkuraggiet li jigu zviluppati forom demokratici ta' tmexxija ta' l-imprizi bhal ko-operattivi, kif ukoll istituzzjonijiet privati li jkollhom il-gid komuni u mhux il-qligh individwali bhala skop.

    Dokument tas-Sinodu Kultura-Socjeta'-Knisja, 25

  43. fuq l-abbuzi mis-servizzi socjali…
  44. Nafu wkoll li hawn min jabbuza mis-sistema ta' beneficcji, u dan huwa nuqqas serju ta' solidarjeta' li mhu xejn ghajr serq."

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 18

  45. fuq ix-xoghol…
  46. Ix-xoghol huwa qasam baziku, hekk li l-Papa Gwanni Pawlu II qal li dan huwa c-cavetta tal-kwistjoni socjali kollha. Dan zgur li jghodd ukoll ghal pajjizna, fejn ghaddejjin minn tibdil kbir, l-aktar minhabba l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq ekonomija miftuha bhal taghna. Il-process ta' ristrutturar ta' l-ekonomija, ghalkemm mehtieg biex ihares l-impiegi fil-gejjieni, jista' jgib mieghu ukoll zieda fin-nies bla xoghol. Huwa tajjeb li ntennu dak li qalu l-isqfijiet Amerikani fl-ittra pastorali taghhom fuq l-ekonomija: "Li jkun hemm xoghol ghal kulhadd (full employment) huwa l-pedament ta' ekonomija gusta. L-aktar prijorita' urgenti ghall-politika ekonomika taghna ghandha tkun il-holqien ta' impjiegi godda b'pagi adegwati u kundizzjonijiet dicenti. Bhala pajjiz irridu naghmluha possibbli li kull min ifittex impjieg isibu fi zmien ragonevoli" (Economic Justice for All, 136).

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 15

  47. fuq il-legislazzjoni dwar il-haddiema part-time…
  48. Hija pozittiva u b'rizq id-dinjita' tal-haddiema l-legislazzjoni recenti li thares id-drittijiet tal-haddiema part-time, ta' dawk li huma fuq kuntratt definit, tal-haddiema barranin kif ukoll id-dhul tal-leave ghall-genituri, u li taghti harsien f'kaz ta' redundancies kollettivi u mizuri ohra. Is-Sinodu jheggeg lill-imsiehba socjali kollha sabiex ikomplu jahdmu b'rizq l-izvilupp ta' kundizzjonijiet dejjem ahjar ghall-haddiema u ghall-familji taghhom.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 15

  49. fuq l-azzjoni industrijali…
  50. L-azzjoni industrijali u l-istrajk huma dritt tal-haddiem, imma ghandhom jintuzaw b'mod responsabbli bhala l-ahhar mezz fin-negozjati, u b'mod li jkun car li l-ghan ta' kull azzjoni industrijali jkun favur il-haddiema u fil-kuntest tal-gid komuni.

    Dokument tas-Sinodu Djakonija u Gustizzja, 15